Volg ons
iBookstore
Android app on Google Play
Vind ik leuk
Een programma van
Id-Dawl mid-Dlam
16 January 2013

L-affarijiet mhux dejjem kif taħsibhom, speċjalment fl-ispazju. L-iżjed partijiet vojta fis-sema spiss ikunu dawk li jostru l-iżjed sigrieti eċitanti. Dan ir-ritratt sabiħ juri sħaba ta' trab kosmiku tixgħel quddiem xenarju ta' stilel jiddu. B'għajnejk biss, sħab oħxon jista jidher vojt u skur, imma f'xi wħud minnhom issib l-iżjed nebulae li jiddu u l-iżjed stilel żgħażagħ jaħarqu fl-univers!

L-istilel huma magħmula mill-gass, għalhekk mhux sorprendenti li jitwieldu ġewwa sħab oħxon ta' gass. Imma l-istess sħab li jwelled lil dawn l-istilel jgħattihom u ma narawhomx jikbru ġo fihom. B'xorti tajba hekk kif l-istilel isiru jaħarqu u jiddu iżjed, jaħarqu l-gass li jkollhom madwarhom u jidhrulna bil-glorja kollha tagħhom.

Il-grupp ta' stilel żgħar li qed jiddu eżatt fiċ-ċentru ta' dan ir-ritratt sabiħ hu eżempju perfett ta' dan. Id-dawl blu tagħhom jista' jidher ċar, minflok ma jintilef fid-dwawar ta' gass ta' madwaru. L-iżjed żewġ stilel jiddu f'din l-istampa fil-fatt nistgħu narawhom f'lejla ċara anke bi tromba biss. Dawn huma żewġ stilel ġodda ħafna, għandhom inqas minn miljun sena - f'termini ta' stilel dawn għadhom trabi!

Fatt Interessanti

Postijiet bħal dan fejn jitwieldu l-istilel, jistgħu jkunu enormi! Pereżempju t-Tarantula Nebula - li tista' tara hawn - fiha mijiet ta' stilel kbar li qed jiffurmaw. Jekk jirnexxielek tidħak bil-fiżika u tivvjaġġa bil-veloċità tad-dawl, tieħu 650 sena biex taqsamha! 

Share:

Afbeeldingen

De sterrenhemel in vuur en vlam
De sterrenhemel in vuur en vlam

Printer-friendly

PDF File
1,1 MB
Nieuwsbrief

Cassini Scientist for a Day


Universe in a Box