Volg ons
iBookstore
Android app on Google Play
Vind ik leuk
Een programma van
It-Test tad-Dbabar tal-Linka
13 February 2013

Xi ġmiel ta' ritratt tal-istilel mill-Osservatorju Ewropew tan-Naħa t'Isfel! Imma żomm ftit, qisu xi ħadd waqqa' xi ħaġa f'nofs ir-ritratt. Għallinqas hekk kien ħaseb l-astronomu li skopra l-ewwel din il-parti eżatta tas-sema. Il-kliem eżatti tiegħu kienu xi ftit iżjed poetiċi: iddeskriviha bħala 'qatra linka f'sema tiddi'.

Dak li fil-verità qegħdn naraw f'dan ir-ritratt huma miljuni ta' stilel jiddu mill-iżjed parti mdawla tal-galassja tagħna, it-Triq ta' Sant'Anna. Parti mis-sema li tant fiha stilel li bilkemm tara partijiet skuri f'ritratt sħiħ. Iżda fin-nofs, eżatt qrib grupp ta' stilel jiddu dawl blu, tista' tara sħaba stramba skura.

Tidher qisha toqba vojta fi sfond ta' stilel, imma din il-parti skura fil-fatt hi sħaba ta' trab żgħira u isolata li qiegħda quddiem l-istilel. Insejħu sħab bħal dan 'Bok globules'. Huma magħmula minn trab irqiq li qed jimblukkaw id-dijja mill-istilel li hemm warajha u b'hekk il-parti tidher vojta.

Il-Bok globules huma l-fdal ta' sħab ħafna ikbar, magħrufa bħala 'sħab molekolari'. Jew isem li tibqa' tiftakru iżjed 'postijiet fejn qed jikbru l-istilel', għax huwa f'dawn is-sħab kbar li l-istilel jitwieldu! Madwar 10 miljun stilla d-daqs tax-xemx tagħna jistgħu jiffurmaw waħda minn dawn is-sħab molekolari! L-istilel fil-grupp ta' stilel jiddu fin-nofs ta' dan ir-ritratt kollha ffurmaw mill-istess sħaba molekolari, u l-Bok globule qribha hi l-ftit fdal ta' dak li kien baqa' żejjed. 

Fatt Interessanti

Xi psikologi jagħtu lill-pazjenti tagħhom 'test tad-dbabar tal-linka', biex jiċċekkjaw is-saħħa mentali tal-pazjenti. Skont il-forom li jara l-pazjent f'kull dabra tal-linka, il-psikologu jiddetermina l-karatteristiċi tal-personalità. X'qed tara f'din il-parti skura? Aħna qed naraw gremxula. X'taħseb li tista' tiddetermina dwarna!

Share:

Afbeeldingen

Inktvlekkentest
Inktvlekkentest

Printer-friendly

PDF File
1,3 MB
Nieuwsbrief

Cassini Scientist for a Day


Universe in a Box