Jekk weġibt 'galassja' jew aħjar, 'galassja spirali', għandek raġun! Imma temmen li mhux darba imma darbtejn, din il-galassja ġiet identifikata ħażin mill-astronomi professjonali? Meta ġiet osservata l-ewwel darba minn Pierre Méchain, lura fl-1780, kien ħaseb li kienet nebula (sħaba ta' gass u trab li tiddi). Imbagħad, ftit tas-snin wara, Charles Messier sejħilha 'star cluster' li huma grupp ta' ftit eluf jew miljuni ta' stilel miġurin flimkien permezz tal-gravità (ħafna inqas stilel milli jkun hemm f'galassja). Tinkwetax Charles, ħadt żball biss bi ftit 100 ta' biljun ta' stilel!
Imma qabel ma niġġudikaw lil Pierre u lil Charles b'mod iebes, irridu niftakru li t-teleskopji kienu għadhom invenzjoni ġdida fis-seklu tmintax. Meta tqabbel il-kwalità tat-teleskopji tal-bidu mat-Teleskopju Spazjali Hubble tkun qisek qed tqabbel karozza tal-logħob ma' Ferrari. Temmen li kien inqas minn 100 sena ilu li sirna nafu li hemm galassji oħra fl-Univers? Illum, nafu li l-Univers fih mijiet ta' biljuni ta' galassji mimlija stilel.
Dawn il-galassji huma ta' kull forma, daqs u tip. Dan ir-ritratt ma jurix biss galassja b'forma spirali, dan huwa wkoll l-eqreb eżempju ta' 'galassja Seyfert'. Din hi tip ta' galassja enerġetika ħafna li tkun mimlija gass jaħraq u jiddi u li titfa' ammonti kbar ta' radjazzjoni intensivi mill-qalbha skura tagħha.
Fatt Interessanti
Fatt Interessanti
F'ritratt wieħed ta' roqgħa żgħira ta' sema bil-lejl, il-Hubble qabad eluf ta' galassji! Tista' tara r-ritratt hawn. Dan ma jġiegħlekx tirrealizza kemm hu enormi l-Univers?
Meer informatie
Share: